Ambulanzi, Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejjħu f’Tal-Ibraġġ hekk kif illum, għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar, seħħ inċident f’sit ta’ kostruzzjoni.
Net News jinsab infurmat illi persuna ta’ 24 sena mis-Senegal residenti Birżebbuġa, weġġgħet f’dan l-inċident. Jidher li r-raġel, hu ħaddiem li kien qed jagħmel xogħol fuq is-soqfa ta’ dan is-sit fi Triq F. Vidal, u weġġa’ meta ċeda s-saqaf.
L-inċident seħħ waqt li kienu qegħdin jitwaqqgħu s-soqfa ta’ 3 idjar biex titla’ blokka ta’ appartamenti. Iż-żagħżugħ Senegaliż ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ambulanzi, Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejjħu f’Tal-Ibraġġ hekk kif għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar, seħħ inċident f’sit ta’ kostruzzjoni.
Net News jinsab infurmat illi raġel ta’ 20 sena mis-Senegal, weġġa’ gravi f’dan l-inċident.
Jidher li r-raġel hu ħaddiem li kien qed jagħmel xogħol fuq is-soqfa ta’ dan is-sit fi Triq F. Vidal. Hu weġġa’ wara li ċeda saqaf.
Minn informazzjoni li ksibna jirriżulta li l-inċident seħħ waqt li kienu qegħdin jitwaqqgħu s-soqfa ta’ 3 idjar biex titla’ blokka ta’ appartamenti minflokhom.
Rapporti ohra qed jindikaw li l-haddiema tal-Protezzjoni Civili ħadu xejn anqas minn siegħa biex ħarġu lis-Senegaliż minn taħt it-tifrik.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Sfortunatament dan tal-Erbgħa mhuwiex każ iżolat, hekk kif b’mod regolari qed jidħlu rapporti ta’ inċidenti serji f’siti ta’ kostruzzjoni – fejn qed jikber dejjem aktar l-appell għal sigurtà akbar.Dan ix-xahar stess, żagħżugħ ta’ 18-il sena weġġa’ gravi wara li waqa’ f’sit fiż-Żejtun.
