Kunsilli Lokali Lokali Unjoni Ewropea

Fl-ewwel jum tqassmu 23,023 dokument tal-vot għall-MEPs

Fl-ewwel ġurnata li fihom beda t-tqassim tad-dokumenti tal-vot fil-lokalitajiet tqassmu 23,023 dokument validu għall-elezzjonijiet tal-Membri Parlamentari Ewropej u 23,497 dokument validu għall-Kunsilli Lokali.

It-tqassim tad-dokumenti tal-vot se jsir tul il-ġranet kollha tal-ġimgħa
bejn it-8:00am u s-1.00pm u jkompli mit-3.00pm sad-9:00pm. Importanti li f’kull residenza jkun hemm persuna adulta li tiġbor id-dokumenti tal-vot u turi karta tal-identita’.