Fuq il-paġna ta’ facebook, Bjorn Formosa kellu jiddaħħal l-isptar b’urġenza minħabba problemi respiratorji. Minkejja li ddaħħal l-isptar, kif ħabbar fuq il-paġna tiegħu fuq facebook kawża ta’ pnewmonja aspirattiva, huwa stqarr li l-laqgħat skedati li kellu għal din il-ġimgħa se jsiru fl-Isptar Mater Dei.
Hawn tispikka r-rieda ta’ Bjorn Formosa, minkejja l-qagħda medika sensisttiva li jinsab fiha, li jissokta bil-ħidma tiegħu fil-fondazzjoni ALS Malta biex titlesta DAR Bjorn il-ġdida f’Ħaż-Żebbuġ. Huwa ħeġġeġ lis-segwaċi tiegħu biex ikunu ġenerużi billi jagħtu donazzjoni ta’ €6.99 b’SMS fuq 50618936.
//= $special ?>