Lokali

FILMAT: Laħqu ħarġu qabel iġġarfu 3 appartamenti

Tliet appatamenti li hemm biswit sit ta’ kostruzzjoni fit-Telgħa ta’ Gwardamangia spiċċaw iġġarfu tard l-Erbgħa bil-lejl.

Net News jinsab infurmat li malli seħħ il-każ qamet kommossjoni sħiħa fl-inħawi hekk kif instema’ ħoss kbir li ħasad lill-ġirien.  Nies li tkellmu magħna qalulna li residenti li kienu joqgħodu fit-tielet sular b’xi mod mirakoluż laħqu ħarġu.

Iz-zona ġiet evakwata minħabba l-periklu li għad hemm.

Ir-residenti li joqgħodu fil-viċinanzi inżammu barra fit-triq għal sigħat twal bħala prekawzjoni.


Fil-post, qrib ferm tal-Isptar San Luqa, kien hemm mhux biss Pulizija iżda anke membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Iċ-ċirku aħmar jindika r-residenzi li krollaw, fejn wieħed jista’ jinnota wkoll għamara qalb it-tifrik