Lokali

Konferma li l-Gvern Soċjalista qed imexxi mudell ekonomiku bla pjan

Il-Gvern Soċjalista jikkonferma li ma kellux pjan għall-ekonomija. Fetaħ il-bibien għall-ħaddiema barranin bl-addoċċ u llaxka l-permessi tal-bini bla kontroll – dan kollu wassal biex ħoloq iżjed problemi għal pajjiżna.

Fil-fatt, waqt Business Breakfast organizzat mill-Partit Laburista, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ammetta li l-Gvern Soċjalista m’għandux pjan għall-pensjonijiet taż-żgħażagħ.C

Scicluna ammetta li f’pajjiżna teżisti problema kbira fil-qasam tas-saħħa. Il-barranin li qed jiġu Malta qed jitfgħu pressjoni kbira fuq dan is-settur. Dan għaliex żdied il-piż fuq dawk li jaħdmu fl-Isptarjiet minħabba l-fatt li dawn il-barranin qed jużaw is-servizzi mediċi wkoll.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li l-familji Maltin qed ikollhom jiċċaħdu minn ħin mal-familja tagħhom u jaħdmu iktar sigħat. Dan għaliex il-paga mhix qed isservihom.

Joseph Muscat prova jiskredita l-lista twila ta’ rapporti li ħarġu dan l-aħħar fosthom il-Country Report, tal-IMF, tal-Greco, il-MoneyVal u ħafna oħrajn…. fejn qal li l-konklużjonijiet tal-Eurostat biss huma fatti – l-oħrajn m’għandniex nagħtu kashom.

Muscat ikkonferma l-problema ta’ nuqqas ta’ ndafa li teżisti f’diversi bliet u rħula Maltin. Filfatt hu stess ammetta li hemm bżonn ta’ iktar konsultazzjoni fuq livell reġjonali.

Il-Prim Ministru prova wkoll jirribatti l-kritika qawwija li qed issir dwar il-problema tal-prezzijiet eżaġerati fil-qasam tal-propjetà.C

Muscat saħaq li l-barranin li qed jiġu f’pajjiżna hemm bżonn li jibqgħu jiġu…u dan sabiex biex huma jagħmlu dak ix-xogħol li l-Maltin ma jridux jagħmlu. U allura konferma ta’ kemm il-Gvern sar kalamita tac-cheap labour.C

Waqt dan il-Business Breakfast saru diversi interventi minn rappreżentanti tal-Korpi Kostitwiti fejn kienu ħafna dawk li esprimew it-tħassib tagħhom dwar id-diffilkultajiet li jinsabu għaddejjin minnhom bosta familjii Maltin, fosthom il-faqar, il-pensjonijiet u l-prezz tal-kirjiet.

Il-GWU sostniet li huwa evidenti li d-distakk bejn dawk li jinsabu fin-naħa ta’ fuq u dawk fil-faxxa t’isfel tas-soċjetà qiegħed dejjem jikber. Għalhekk hemm bżonn li dawk li jinsabu fin-naħa t’isfel tingħatalhom iktar għajnuna. Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella saħaq li hemm bżonn li s-salarji tal-ħaddiema ma jibqgħux jiddependu fuq il-part-time u l-overtime. Il-ħaddiema għandhom jkollhom ħlas adekwat sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-għoli tal-ħajja.