Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kompla jiltaqa’ ma’ aktar ħaddiema, bħala parti mill-attivitajiet ta’ Jum il-Ħaddiem.
Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jemmen u jkun ta’ sostenn lejn l-abbiltà tal-ħaddiema Maltin. Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-PN Adrian Delia fi żjara fil-kumpannija Hal Mann Vella fejn fiha ltaqa’ ma’ numru ta’ ħaddiema ta’ din l-istess entità. Fl-istess żjara fejn huwa ra kif bis-saħħa tal-kapaċità tas-sengħa Maltija, il-prodott Malti jista’ jmur ‘il bogħod minn xtutna u jikseb suċċess.
Il-PN se jibqa’ jitkellem fuq kif jistgħu jinħolqu aktar inċentivi.
65 sena ta’ ħidma ta’ snajja fil-madum u l-irħam, ilbieraħ waranofsinhar fejn ra wkoll l-isfidi li qed ikun hemm f’dan is-settur. Ħaddiema ta’ talent li sfotunament qed jonsqu, huwa qal li l-Gvern irid joħloq aktar inċentivi. Fid-dawl ta’ dan huwa sostna li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jitkellem u jagħti l-ideat tiegħu fuq kif jista’ jkun hemm aktar inċentivi għall-ħaddiema u kif ukoll għal numru ta’ setturi. Adrian Delia qal li l-Maltin għalkemm m’għandniex risorżi, għandna l-abbiltà tal-id u tal-moħħ li bihom nistgħu nikkompetu kullimkien.
“Il-Maltin għalkemm m’għandniex risorżi, għandna l-abbiltà tal-id u tal-moħħ li bihom nistgħu nikkompetu kullimkien” – Adrian Delia
Adrian Delia intant mill-ġdid sostna li l-PN se jibqa’ jkun hemm għall-ħaddiema u li joħloq l-opportunitajiet għall-ħaddiema Maltin u l-Għawdxin, u li l-ġid tal-pajjiż jinqasam b’mod ġust u ekwu. Matul iż-żjara, Adrian Delia ra wkoll id-disinn tradizzjonali Malti tal-madum; disinji oriġinali li għadhom jinħadmu bl-istess teknika u preċiżjoni tal-passat.
Il-PN se jibqa’ jemmen fit-talent u l-kapaċità
Il-Kap tal-PN faħħar lill-kumpannija li timpjega numru ta’ ħaddiema b’abbiltajiet varji, filwaqt li tkellem ukoll dwar l-importanza tal-investiment, mhux biss hawn Malta, iżda wkoll li l-investiment Malti jmur lil hinn minn xtutna. Huwa qal li Hal Mann Vella, u kumpanniji oħra Maltin, ħadu riskju, li issa, grazzi għall-abbiltà Maltija qed jagħti l-frott.
Flimkien mal-Kap tal-PN kien hemm id-deputat Mario De Marco, il-President tal-SĦPN Ivan Castillo, il-kandidati għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius u Dione Borg u kif ukoll numru ta’ Kandidati għall-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali, fosthom Anton Gellel, David Battistino u Josef Cuschieri.
//= $special ?>