Diversi passiġġieri li kellhom iċ-ċans jaqraw l-edizzjoni ta’ dan ix-xahar tal-magazine Il-Bizzilla li jitqassam fit-titjiriet tal-AirMalta, spiċċaw litteralment ma jistgħux jemmnu dak li qal il-Ministru Konrad Mizzi f’intervista ppubblikata mill-istess magazine. Dan meta Mizzi stqarr li “għadu jiftakar il-ġurnata tal-ewwel titjiriet tal-Air Malta lura fl-1974”.
Min ftit riċerka, faċilment wieħed jinduna li din hi gidba sfaċċata, jew inkella l-Ministru Mizzi nesa d-data tat-twelid tiegħu.
Fil-fatt, Konrad Mizzi twieled tliet snin wara l-inawgurazzjoni tal-Air Malta, bid-data tat-twelid tkun 4 ta’ Novembru 1977.
//= $special ?>