Futbol Sport

Maurizio Sarri akkużat mill-FA Ingliża

(Ritratt: EPA)
Sarri tkeċċa fl-aħħar logħba kontra Burnley

Il-manager ta’ Chelsea Maurizio Sarri ġie akkużat b’kondotta ħażina mill-FA Ingliża wara li tkeċċa fil-logħba tat-Tnejn kontra Burnley. Fil-ħin miżjud inqala’ diżgwid bejn Mateo Kovacic u numru ta’ plejers ta’ Burnley, b’Sarri jmur ħdejn it-touchline biex jintervjeni.

Ir-referee Kevin Friend iddeċieda li jkeċċi lil Sarri. L-argumenti komplew fi tmiem il-logħba b’membri taż-żewġ timijiet kif ukoll id-difensur ta’ Chelsea Antonio Rudiger li ma kienx fl-iskwadra minħabba li kien imweġġa’.

Sarri kien diżappuntat wara l-logħba u naqas li jagħti kummenti lill-media wara li skont l-assistent Gianfranco Zola ma kienx interpretat tajjeb. Sarri għandu sas-6.00pm tal-Ġimgħa biex jirrispondi għal din l-akkuża. L-FA Ingliża qed tkompli tinvestiga l-każ ta’ wara l-logħba.

Tags