Lokali

Persuna l-isptar wara waqgħa f’Għajn Tuffieħa

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Raġel ta’ 67 sena minn San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ mill-irdum f’Għajn Tuffieħa.

Għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ħdejn l-irdum ta’ Għajn Tuffieħa.

Jirriżulta li r-raġel waqa’ mill-irdum u sofra xi ġrieħi. Huwa ttella’ permezz ta’ helicopter tal-Formi Armati u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-incident għadha għaddejja.