Billboard kbir illi tpoġġa’ fl-aħħar sigħat quddiem il-Knisja ta’ Raħal Ġdid ħoloq ferment sħiħ fost ir-residenti minħabba li b’dan il-billboard il-Partit Laburista għatta kompletament il-faċċata tal-Knisja Parrokkjali.
Dan il-billboard tal-Partit Laburista ħoloq ukoll kontroversja minħabba li tpoġġa’ fuq il-pavimentar il-ġdid illi tlesta ftit ilu.
Diversi residenti li tkellmu ma’ Net News qalu li għalihom hi tal-mistħija li dan il-billboard intefa’ eżatt quddiem il-Knisja ta’ Kristu Re li hi tant għal qalb in-nies ta’ Raħal Ġdid.
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2019/04/24092015/Billboard-Rahal-Gdid-Knisja-2-1024x682.jpg)