Kienu ħafna li komplew it-tradizzjoni li bdiet fl-1781, kull l-Erbgħa ta’ fuq l-Għid il-Kbir, meta f’pajjiżna daħlet it-tradizzjoni tal-festa ta’ San Girgor.
Il-Kap tal-PN Adrian Delia żar Marsaxlokk fejn hemmhekk iltaqa’ ma’ numru ta’ persuni li ngabru biex jiccelebraw San Girgor. Hemm wieħed seta’ jifhem aħjar din il-festa xi tfisser bi tradizzjoni li baqgħet ħajja ghal snin twal.
Dari, din il-festa kienet waħda mħallta bi storja – b’purċissjoni kbira, tradizzjonijiet u folklor tal-ħajja Maltija, inkluz it-tombla u l-bejgh tal-hut. Fil-fatt, ghal din il-festa, bosta kienu dawk l-għannejja li niżlu sa Marsaxlokk sabiex jgħannu, flimkien ma’ diversi bdiewa li jarmaw bil-ful u l-ħobż taż-żejt.
Il-purċissjoni ta’ San Girgor sa ċertu punt biddlet il-mod tagħha, hekk kif m’għadhiex issir bħal qabel b’purċissjoni bir-relikwa. Dik li qabel kienet purċissjoni nazzjonali, illum issir mill-Knisja ta’ San Klement fiż-Żejtun għall-Knisja għall-Knisja l-qadima ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun.
Wara dan, it-tradizzjoni tkompli billi bosta huma dawk li jinżlu sa Marsaxlokk għall-ewwel għawma, għalkemm din is-sena t-temp ma tantx kien wieħed favorevoli.


