Sewwieq ta’ mutur ta’ 465 sena mill-Mosta sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Pjazza Antoine De Paul, Raħal Ġdid.
Għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin għaxra, il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Peugeot 307 misjuqa minn persuna ta’ 52 sena residenti x-Xgħajra u mutur tat-tip Honda misjuq minn persuna ta’ 45 sena residenti l-Mosta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>