Futbol Sport

Sitt plejers mill-Kampjonat Premier se jitilfu l-aħħar logħba

Sitt plejers se jitilfu l-aħħar logħba tal-Kampjonat Premier wara li ġew sospiżi mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA. Il-plejers huma Cain Attard ta’ Birkirkara, Zachary Scerri ta’ Gżira United, Nemanja Radojevic ta’ Hibernians, Romeu Romao ta’ Qormi kif ukoll Younes Marzouk u Frank Temile ta’ Sliema Wanderers.

Attard se jitlef il-logħba ta’ Birkirkara kontra Senglea Athletic, Zachary Scerri mhux se jilgħab fil-logħba ta’ Gżira kontra St. Andrews u Romao se jitlef il-konfront ta’ Qormi kontra Mosta. Iż-żewġ plejers ta’ Sliema mhux se jilagħbu kontra Pietà Hotspurs u Radojevic se jitlef il-logħba ta’ Hibernians kontra Balzan.

Jake Lovegrove u Ryan Gafà ta’ Marsa, Mead Mifsud, Steve Meilak u Jurgen Debono ta’ Naxxar Lions huma l-ħames plejers sospiżi logħba mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.

Ħdax-il plejer mit-Tieni Diviżjoni ġew sospiżi logħba. Dawn huma Rene Duca ta’ Birżebbuġa St. Peter’s, Marko Nikolic ta’ Fgura United, Nathan Caruana, Trevor Cilia u Ryan Schembri ta’ Luqa St. Andrews, Philip Chircop ta’ Marsaxlokk, Edward Falzon u Ryan Bezzina ta’ Santa Venera Lightnings u Andrew Formosa, Richard Galea u Shawn Cesare ta’ Żabbar St. Patrick. William Camilleri ta’ Santa Venera ġie sospiż żewġ logħbiet.