Lokali

Chris Fearne ma jikkundannax lil Sant; jgħid li “kliemu relevanti”

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ingħaqad ma’ sħabu Edward Zammit Lewis u Alex Muscat, u anke hu għażel li ma jikkundannax l-għajta vjolenti li ħareġ biha l-Partit Soċjalista Malti fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali – “għajn għal għajn, sinna għal sinna”.

Meta kien mistoqsi dalgħodu minn Net News biex jikkundanna dak li qal l-eks Mexxej Alfred Sant, Fearne mhux talli ma kkundannax dan il-kliem “salvaġġ” talli qal li hu “relevanti”.

Għad-domandi li sarulu fuq din id-dikjarazzjoni xokkanti, Chris Fearne għażel li jaħrab milli jikkundanna b’mod dirett u prova jagħti x’jifhem li dan hu xi forma ta’ spin – xi ħaġa li hi gidba totali, tant li kliem Alfred Sant kien ċar immens.