Lokali

‘Flimkien Naslu’ – l-ewwel spot politiku tal-PN

Il-Partit Nazzjonalista nieda l-ewwel spot politiku tiegħu f’din il-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Mejju li ġej.

L-ispot iħeġġeġ lill-Maltin u l-Għawdxin kollha biex jivvutaw lill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għax meta ħdimna flimkien dejjem wasalna.

L-ispot politiku jfakkar fil-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista biex idaħħal lil Malta membru fl-Unjoni Ewropea u għaliex ħdimna flimkien irnexielna insiru membri. Dan kontra l-parir li kien tagħna Joseph Muscat u Alfred Sant li ma riedux li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.

Issa wasal iż-żmien li naraw li kulħadd igawdi minn iżjed ġid fi ħdan l-Unjoni Ewropea jgħid il-PN fl-ispot politiku fid-dawl ta’ dak li qed iseħħ taħt Gvern Soċjalista li qed jinjora għal kollox l-istituzzjonijiet u l-opportunitajiet li nistgħu niksbu bħala membri.