Lokali Qorti

George Vella jinsisti mal-Gvern biex iwettaq dak li qalet il-Kummissjoni Venezja

Fid-dawl tas-sitt ħatriet fil-ġudikatura li saru l-Ħamis, il-President ta’ Malta George Vella appella lill-Gvern Soċjalista biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumissjoni Venezja. Appelli li ilhom ġimgħat sħaħ isiru, anki mill-Kap tal-PN Adrian Delia.

Fid-diskors tiegħu matul ic-cerimonja tal-hatra, George Vella qal li hemm bżonn li l-Gvern juri l-istess rieda li juri fuq kwistjonijiet oħra, biex il-ġudikatura f’Malta tissaħħaħ bl-aħjar mod possibbli.

Il-President ta’ Malta fakkar li għalkemm fl-2016 kien hemm ċertu tibdil, dan ma kienx biżżejjed u l-Kummissjoni Venezja fir-rapport tagħha għamlitha ċara li hemm bżonn li jsiru aktar emendi mill-aktar fis possibbli.

Anki l-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello riċentament stqarr li l-Gvern ippakkja l-bankijiet tal-ġudikatura bil-ħbieb tal-ħbieb u l-ħsara li saret lill-Qrati taf iddum snin biex tissewwa.

B’dawn il-ħatriet li saru din il-ġimgħa, il-Gvern injora id-diversi sejħiet li saru mis-soċjetà ċivili u anki mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista sabiex ma jkomplux isiru ħatriet sakemm ikunu implimentati ir-riformi fil-ħatriet tal-membri tal-ġudikatura kif rakkomandati mill-Kummissjoni Venezja.

Din il-Kummissjoni irrimarkat kif hemm wisq poteri li huma konċentrati f’idejn il-Prim Ministru, partikolarment fejn jidħol il-ħatriet ta’ Mħallfin u Maġistrati