“Il-Gvern Soċjalista ma jimpurtahx mill-ġustizzja, mis-saltna tad-dritt u mis-sewwa.”, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt attività politika f’San Pawl il-Baħar bit-tema Flimkien għal Pajjiżna.
Adrian Delia qal li l-Gvern Soċjalista kien sostna li se jimplimenta dak kollu li qaltlu l-Kummissjoni Venezja iżda minflok dak kollu li kellu jsir biex itaffi mill-ħsara li qed issir lill-pajjiżna u għażel hu l-ħatriet tal-maġistrati u l-imħallfin. Dan meta l-Gvern Soċjalista baqa għaddej bil-ħatriet fil-ġudikatura mingħajr konsultazzjoni u injora lill-Kummissjoni Venezja, li kienet ċara li trid tinbidel is-sistema preżenti kif jintgħażlu l-imħallfin u l-maġistrati. Dan sabiex is-sistema tal-ħatriet fil-ġudikatura tkun verament indipendenti.
Adrian Delia qal li l-Gvern Soċjalista jrid li jibqa’ jżomm kontroll fuq min jiġi maħtur, u dan għall-interessi partiġġjani. Dan meta r-rapporti tal-Kummissjoni Venezja u tal-Greco jikkundannaw lill-Gvern Soċjalista li ħataf l-istituzzjonijiet f’pajjiżna b’theddida għad-demokrazija. Huwa qal li l-Gvern Soċjalista mhux interessat li jagħmel il-bidliet meħtieġa biex tissaħħaħ is-saltna tad-dritt.
L-Oppożizzjoni ppreżentat mozzjoni biex jitwaqqaf kumitat parlamentari biex jistudja r-rapporti tal-Kummissjoni Venezja u tal-Greco, u li jirrakkomanda wkoll kif jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet li saru. L-Oppożizzjoni mhix se taċċetta li dawn ir-riformi tant meħtieġa jinġiebu fix-xejn qabel ma jidħlu fis-seħħ b’riformi fittizji li jkunu ntiżi biss biex il-Gvern Soċjalista jibqa’ jżomm il-kontroll tal-istituzzjonijiet f’pajjiżna. Għalhekk l-Oppożizzjoni se tibqa’ tagħmel pressjoni biex ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni Venezja jidħlu fis-seħħ biex il-poplu jerġa’ jafda l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.
Fl-istess attività tkellmet ukoll il-Membru Parlamentari Ewropew Robert Metsola fejn qalet li għażlet biex taħdem f’kumitati parlamentari li jolqtu l-aktar lil Malta – fosthom tal-immigrazzjoni, is-sigurtà u d-drittijiet ċivili.
Sostniet ukoll li se tkun qed tkompl l-ħidma tagħha favur inizjattiva għall-SMEs u l-ħaddiema, kif ukoll temmen fl-aqwa ġid edukattiv għat-tfal u ż-żgħażagħ – politika li tindirizza l-bżonnijiet tan-nies. Hemm anzjani li mhux ilaħħqu mal-ħajja, oħrajn qed isofru inġustizzji fosthom pensjonanti tas-servizzi. Dawn irridu nkunu aħna li nitkellmu għalihom, għaliex il-Gvern qed idawwar wiċċu.
Tkellmet ukoll is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Anne Fench fejn qalet li fl-aħħar snin kien hemm min kellu intenzjoni li jfixkel il-ħidma ta’ dan il-kunsill. Però l-kandidati tal-PN ma qatgħux qalbhom u komplew jaħdmu b’risq il-lokalità.
Anne Fenech għamlet appell lir-residenti kollha sabiex fil-25 ta’ Mejju joħorgu jivvutaw lill-kunsilliera kollha tal-PN. Il-kandidati kollha tal-PN se jkunu qed jaħdmu sabiex lil San Pawl jagħtuh kunsill stabbli biex jaħdem għar-residenti kollha.
//= $special ?>