Kunsilli Lokali Lokali

“Il-Kunsilli qatt ma kienu super-favoriti tiegħi” – Joseph Muscat

Hekk kif ninsabu fuq l-għatba tal-elezzjonijiet importanti tal-Kunsilli Lokali madwar il-pajjiż kollu, il-Kap tal-Partit Soċjalista Malti, Joseph Muscat, fis-Swatar stqarr kemm f’għajnejh hu jara lill-kunsilli lokali żejda. Tant illi stqarr li għalih il-Kunsilli qatt ma kienu “super-favoriti”.

Muscat qal dan meta kien qiegħed jindirizza t-tielet ġurnata tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-istess Partit Soċjalista, li qed titlaqqa’ bla ebda tema.

Il-Prim Ministru Soċjalista ammetta l-kriżi nazzjonali fl-iskart, u farfar ir-responsabbiltà ta’ din il-kriżi billi prova jweħħel fil-kuntratturi li jiġbru l-iskart u fin-negozji ż-żgħar.

Muscat prova jinġabar mar-residenti tas-Swatar, propju fil-qalba bejn iż-żewġ kunsilli Laburisti tal-Imsida u Birkirkara, li ħabta u sabta xoljielhom il-kumitati amministrattivi. B’hekk ċaħħadhom id-dritt li jeleġġu r-rappreżentanti tagħhom fil-hamlets u minflok se jipprovdilhom sempliciment kunsillier wieħed biex jirrappreżentahom – meta qabel kellhom kumitat ta’ ħamsa.

F’parti oħra mill-intervent tiegħu, Joseph Muscat ikkonferma li se jkompli jagħma lill-elettorat lejlet elezzjoni oħra “bit-tqassim taċ-ċekkijiet”.