Lokali Qorti

Jiżvela preparazzjonijiet li saru fuq “hold-up” li wasslet għal qtil ta’ messaġġier

Raġel li kien spiċċa mar il-ħabs għal għomru fl-involviment tiegħu dwar il-qtil tal-messaġġier Alphonse Ferriggi waqt “hold-up” li sar bl-armi barra l-fergħa tal-Bank of Valletta ta’ San Ġwann, 19-il sena ilu tefa’ dawl fuq il-preparazzjonijiet li saru, li wasslu għal incident fatali.

Richard Grech ta’ 51 sena, kien għadda ġuri fuq il-każ fl-2011, xehed fil-proċeduri kontra James Vella u Chris Scerri, li flimkien ma’ Joseph Zammit, li wkoll kien mar il-ħabs fuq l-involviment tiegħu f’dan id-delitt, allegatament waqqaf  “gang” biex iwettqu serqa, liema serqa ma ssarfitx fi dħul ta’ flus, imam f’”koċċ karti”.  

Minkejja li xehed fit-tul dwar dak li seħħ, Grech qal li huwa ma kienx baqa’ fil-kumpanija ta’  Vella u Scerri ftit qabel seħħ il-“holdup”, qal u dan minħabba l-kilba li kellu għax xorb u li jinjetta ftit eroina, kienet diffiċli għalih biex jirreżisti.

Ix-xhud, li 19-il sena ilu kien ivvizzjat fuq l-alkoħol u d-droga, spjega kif huwa sar jaf liż-żewġ akkużati minn persuna qrib tagħhom, l-ex tfajla tiegħu minn Ħal-Qormi. Lura fis-sena

2000, Grech kien jixxerja appartament f’San Ġwann, li kien penthouse quddiem il-fergħa tal- BOV. Huwa kien jgħix ma’ din il-mara, meta jkun Malta, peress li dak iż-żmien kien jaħdem il-Libja.

Kemm Vella kif ukoll Scerri kienu juru lill-koppja fir-residenza tagħhom f’ San Ġwann, fejn kienu jinnutaw lill-messaġġier, li kien jitla’ kull filgħodu bi “station wagon” waħda għall-ħabta tal-5.00am biex jiddepożita dak li kienu jaħsbu li kienu flus, fil-kaxxa tal-bank fejn jitħallew id-depożiti.

Dan kien isir kuljum, u kienu jkunu osservati mill-veranda faċċata tat-triq, u li hawn beda jinħema l-pjan fejn il-boroż li kienu qegħin jiġu nnutati u depożitati, dejjem bil-ħsieb li kien qed ikun fihom flus kontanti, kellhom jinsterqu mill-“gang”.   

Grech, iddeskrieva lilu nniffsu bħala li kien fis-sakra minn filgħodu sa bil-lejl fil-jum li seħħ il-“hold-up”, u li ried biss ikompli mal-oħrajn fuq dak li kienu ddeċidew. Ix-xhud qal li Ħadd minnhom, ftit qabel seħħ il-“hold up”, huwa kien akkompanja lil Vella sa tas-Sliema, fejn ipparkja l-karozza mal-baħar filwaqt li raġel ieħor daħal maġenbu u pparkja karozza    Volkswagen Golf,. Dan telaq momentarjament bis-sewwieq jieqaf biex mar jixtri xi ħaġa x’jiekol minn kjosk li kien fil-viċin, u telaq.

Il-karozza misruqa dak inhar kellha tiġi wżata waqt il-“hold-up”, fejn ta dettalji kif dinn inħbiet xi mkien fejn il-Wied ta’ San Ġwann. Dan kien prattikament kollox bil-pjanijiet jiefqu hemm.

Lejliet l-inċident, li seħħ fit-18 ta’ Settembru, tas-sena 2000, Vella u Scerri ikkuntattjaw lil Grech qabel ma saqu l-karozza ħamra tagħhom tal-marka Mazda bubble lej il-Floriana fejn ir-raba’ membru tal-gang Zammit, kien qed jistenna. 

Ftit siegħat qabel il-5.00am, l-erba’ rġiel telqu, u kulħadd iltaqa’ fl-appartament ta’ Grech. Hekk kif il-ħin sar, Zammit saq il-Mazda viċin il-post imsejjaħ fejn s-salib “Rajt ma rajtx , smajt ma smajtx,”, fejn kellu jistenna, filwaqt li t-tlieta l-oħra kellhom iwettqu l-“holdup”. 

Dan tal-aħħar baqa’ bilqiegħda fil-karozza Golf, metri l-bogħod mill-bank, jistenna l-vittma li kellu jiġi biex jiddepożita l-boroż, qal Grech, fejn tenna li huma ma kienux jafu eżatt x’kien ikun fihom. 

Madankollu, hekk kif baqa’ għaddej il-ħin, Grech spiċċa ma jiflaħx, dan minħabba d-dipendenza tiegħu fuq id-droga kienet wisq għalih, u għalhekk kellu jmur lura l-appartament, fejn hemm injetta ftit eroina, u mar jorqod.

Aktar tard filgħodu, ix-xhud qal li ma nnota xejn barra l-bank, iżda kien sema’ xi persuni jitkellmu dwar il-qtil. Huwa kien iltaqa’ ma’ Vella u Scerri hekk kif mar biex iġib id-droga għalih minn Ħal-Qormi aktar tard matul il-jum.

Hu kien staqsihom jekk kienux wettqu l-pjan, u qalulu iva, imam ma sabu xejn f’dak depożitat, ħlief karti, kienet ir-risposta. Dik kienet l-istorja qal ix-xhud. “Ma rajt xejn, għax mort fuq u dħalt ġewwa” qal ix-xhud. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur  Keith Arnaud filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia deheru għall-akkużati.