Ekonomija Lokali

Konferma li s-surplus sparixxa; żbilanċ li spara ‘l fuq għal €134 miljun

Jekk qatt kien hemm bżonn konferma, iċ-ċifri tal-NSO maħruġa illum juru biċ-ċar li l-Gvern Soċjalista rreġistra żbilanċ fil-finanzi tiegħu hekk kif fl-ewwel tliet xhur tas-sena d-deficit spara ‘l fuq, u laħħaq il-€134 miljun. Dan ifisser li l-iżbilanċ żdied bi kważi d-doppju, meta l-aħħar statistika kienet turi deficit ta’ €70 miljun…li issa sar €134 miljun.

Dan l-iżbilanċ fil-Fond Konsolidat ikopri l-perijodu Jannar-Marzu 2019.

Iċ-ċifri juru fost l-oħrajn li kompliet tisplodi n-nefqa tal-Gvern. Meta wieħed iqabbel mal-istess perijodu tas-sena li għaddiet, iż-żieda fin-nefqa kienet ta’ madwar 17 fil-mija. Ħafna minn dawn il-miljuni marru f’nefqiet fuq entitajiet tal-Gvern u pagi għal nies f’ċeru gradi.

Iċ-ċifri għal Marzu 2019 juru wkoll li anke d-dejn tal-Gvern żdied; żieda ta’ €42 miljun.

Silta mid-dokument tal-NSO