Lokali

Messaġġ qawwi mill-UĦM għaċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel ta’ Mejju

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, l-Erbgħa filgħodu tkellem dwar l-importanza li l-Gvern jindirizza b’mod urġenti l-ħtiġijiet bażiċi tal-ħaddiema u l-familji tagħhom, minflok jiddistakka ruħu mir-realtà biex jehda biċ-ċifri.

Adrian Delia kien qiegħed jindirizza lill-membri msieħba fil-UĦM Voice of the Workers waqt il-Konferenza ta’ Jum il-Ħaddiem bit-tema: “L-ekonomija sejra ’l quddiem… iżda s-soċjetà fejn sejra?”

Il-Kap tal-PN saħaq li l-aġir irresponsabbli tal-Gvern li jkabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni qiegħed ikollu konsegwenzi serji, bil-Maltin jkunu l-uniċi fost iċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea li tnaqqsitilhom il-paga fl-aħħar nofs tal-2018.

Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM, Josef Vella kellu kliem iebes għall-mod kif Joseph Muscat u l-Gvern Soċjalista qiegħed jinqata’ mir-realtà u  jinsa lill-ħaddiema Maltin.

Hawnhekk beda jsemmi l-bosta problemi li jaffaċċjaw il-familji, fosthom l-isplużjoni fil-prezzijiet tal-kera.

U insista li minkejja l-ftahir fuq l-IIP, il-Gvern naqas milli jopprovdi Housing socjali.

Kien hawn li Josef Vella kellu dikjarazzjoni iebsa fil-konfront tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-isfreġju ambjentali li qed toħloq.