Lokali

Se jinġabru f’Ħal Far biex ifakkru l-memorja ta’ Lassana Cisse

20 jum mill-qtil brutali tiegħu fi "sparatura viljakka"

Is-Sibt numru ta’ ngo’s se jkunu qed jinġabru f’Ħal Far sabiex ifakkru l-memorja ta’ Lassana Cisse Souleymane – ir-raġel mill-Kosta tal-Ivorju li nqatel brutalment b’tiri ta’ arma tan-nar fis-6 ta’ April li għadda, fis-satra tal-lejl.

Lassana Cisse ġie maqtul f’Ħal Far, f’każ illi fih żewġt irġiel oħra sfaw ukoll vittmi ta’ dan l-attakk.

Fi stqarrija, l-ngo’s qalu li l-ħajja ta’ Lassana kienet importanti ħafna. Hu kien ifisser ħafna għall-familja tiegħu, għall-ħbieb tiegħu, u atti ta’ vjolenza brutali bħal dawn assolutament ma jistgħux jiġu injorati jew mitfugħa taħt it-tapit.

“Għalhekk se ninġabru f’Ħal Far is-Sibt biex infakkru l-memorja ta’ Lassana. U nsejħu sabiex il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta juża r-riżorsi kollha meħtieġa biex jittressqu l-Qorti dawk li wettqu dan l-att.”

L-għaqdiet non-governattivi stiednu lill-awtoritajiet Maltin biex jiżguraw li l-membri kollha tas-soċjetà Maltija jħossuhom rispettati, siguri u protetti.