Żewġ żgħażagħ ta’ tmintax u wieħed u għoxrin sena miż-Żejtun qed jinżammu mill-pulizija dwar każi ta’ serq minn diversi vetturi fl-inħawi ta’ Delimara u St Peter’s Pool.
Fi stqarrija, il-pulizija qalet li wara jiem ta’ investigazzjoni, il-Pulizija tad-Distrett arrestat liż-żewġ persuni. Fi tfittxija f’vettura li kienu qed jużaw instabu diversi oġġetti misruqa.
Iż-żewġ żgħażagħ mistennija jitressqu l-Qorti fil-ġranet li ġejjin.
//= $special ?>