Formula 1 Sport

Bottas “pole position” bil-Mercedes jerġgħu fuq quddiem

Valtteri Bottas ingħaqad mal-Mercedes din is-sena

Valtteri Bottas b’sorpriża spiċċa fil-pole-position għal Grand Prix tal-Azerbaijan wara li l-favorit ikkraxxja. Il-Finlandiż spiċċa biss 0.059 ta’ sekonda aktar veloċi minn sieħbu fit-tim tal-Mercedes Lewis Hamilton, b’Sebastian Vettel tal-Ferrari jispiċċa fit-tielet post b’0.302 ta’ sekonda wara Hamilton. 

Is-sewwieq tar-Red Bull Max Verstappen ir-raba’ ‘l quddiem ħafna mill-ħames l-aktar veloċi, Sergio Perez tar-Racing Point u s-sewwieq ta’ Toro Rosso Daniil Kvyat is-sitta quddiem Lando Norris tal-McLaren.

Kien fl-aħħar mumenti li Bottas ċaħħad lil Hamilton milli jibda fuq quddiem nett, peress li Hamilton deher li kien assigura postu bl-aħjar ħin. Fil-fatt it-tellieqa għal pole position kienet mimlija drama meta wara li l-Ferrari dehru l-favoriti li se jibdew minn quddiem, il-Mercedes reġgħu għamluha.

Din ma kienitx l-ewwel darba li l-Ferrari tilfu il-qaleb u l-ġbejna fl-aħħar batturi.   Leclerc reġa’ kien sfortunat meta kkraxxja fil-parti dejqa tat-trekk u baqa’ dieħel fil-barrierim u għalhekk issa ż-żagħażugħ ta’ 21 sena se jkollu jibda fid-disa’ pożizzjoni.