Lokali

Fake news oħra minn One News

Ħadu Żball

One News għadhom kif ippublikaw fake news li tagħti l-impressjoni li għamlu xi skoperta dwar il-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonlista għal dawn l-elezzjonijiet.

Dan qalitu stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar ħin.

L-istqarrija tkompli tgħid li dan il-manifest ilu approvat mill-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista min-nhar il-Ħamis u kien ilu sigħat qabel tħabbar mill-One jiġi mxerred fil-pubbliku. Infatti wieħed seta’ anke jara dan id-dokument fuq is-sit tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Partit Soċjalista, li jilagħabha tal-paladin tal-pożittività qed ikollu jirrikorri għall-gideb u n-negattività politika għaliex ma’ għandux fiduċja fil-proċess demokratiku tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsilli Lokali u dan kif stqarr Joseph Muscat stess, ittemm tgħid l-istqarrija.