Ewropa Kunsilli Lokali Lokali Unjoni Ewropea

ILLUM: Il-Kunsill Ġenerali tal-PN “Flimkien għal Pajjiżna”

Illum jitlaqqa’ Kunsill Ġenerali Straordinarju tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘flimkien għal pajjiżna’.

Dan il-Kunsill Ġenerali mistenni jiddiskuti u japprova il-programm elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali li se jsiru fil-25 ta’ Mejju.

Il-Kunsill Ġenerali se jkun indirizzat mill-Kap tal-PN Adrian Delia, is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u l-għaxar kandidati tal-Partit Nazzjonalista ghall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

L-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew madwar il-pajiżi Membri tal-UE se jiddeterminaw ukoll min se jkun l-ikbar grupp politika fl-istess Parlament Ewropew.

Il-Parti Popolari Ewropew, il-PPE, li tiegħu il-PN hu membru, kien l-ikbar grupp politiku fil-leġislatura li għadha kemm intemmet. Dawn l-elezzjonijiet huma determinanti wkoll għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-kandidat tal-PPE għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea hu ċ-Chairman tal-istess PPE Manfred Weber.Manfred Weber se jkun propju hawn Malta fi tmiem il-ġimgħa u se jindirizza l-Kunsill Ġenerali tal-Ħadd, fid-Dar Ċentrali.