Iċ-ċiklun bl-isem Kenneth laqat lit-Tramuntana tal-Mozambique. Dan ġab miegħu rwiefen b’veloċità ta’ 210km is-siegħa. S’issa diġa nqatlu tliet persuni fuq il-gżira ta’ Comoros filwat li hu maħsub li persuna tilfet ħajjitha f’Mozambique wara li ntlaqat minn siġra.
Madwar 20,000 persuna marru jfittxu kenn fi skejjel u knejjes.
Ix-xahar li għadda, iċ-ċiklun Idai kkawża l-mewt ta’ madwar 900 persuna meta l-maltempata ġabet qerda sħiħa f’Mozambique, Malawi u Zimbabwe.
//= $special ?>