Lokali

Ikomplu ż-żjarat fil-postijiet tax-xogħol

  • Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia iżur il-lukanda Excelsior

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kompla bis-sensiela ta’ żjarat f’postijiet tax-xogħol bħala parti mill-attivitajiet li jfakkru Jum il-Ħaddiem.

Is-Sibt, Adrian Delia żar il-lukanda Excelsior fil-Furjana fejn hemmhekk hu dar iż-żoni fejn isir ix-xogħol minn wara l-kwinti li hu essenzjali biex ikun provdut is-servizz lit-turisti kif ukoll lill-Maltin.

Adrian Delia intlaqa’ mill-General Manager tal-lukanda Norbert Grixti  u flimkien mal-management tal-lukanda, dar il-kċejjen, il-laundry kif ukoll il-canteen tal-ħaddiema.

F’ħin il-pranzu, il-lukanda tipprovdi mal-200 ikla lill-impjegati tagħha.

Adrian Delia faħħar il-ħidma tal-management u l-istaff fejn, bogħod mill-għajn, isir ħafna xogħol biex jittella’ prodott finali.

Min-naħa tiegħu, Norbert Grixti irringrazzja lill-Kap tal-PN għaż-żjara. Hu qal li l-lukanda Excelsior ilha taħdem għal dawn l-aħħar 12-il sena u kisbet reputazzjoni li tospita fost oħrajn stilel u personalitajiet ta’ fama internazzjonali.Adrian Delia kien akkumpanjat mill-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit u Kelliem għat-Turiżmu Robert Arrigo u l-kandidati għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Roslyn Borg Knight u Michael Briguglio.