Internazzjonali

Iktar mejta fi Sri Lanka hekk kif tinstab ‘fabbrika tal-bombi’

15-il ruħ instabu mejta wara ġlied qalil b’armi tan-nar bejn il-Pulizija ta’ Sri Lanka u dawk li huma suspettati militanti Iżamiċi fil-lvant tal-pajjiż.


Il-ġlied seħħ f’dik li qed tissejjaħ fabbrika tal-bomb, f’Sainthamaratu fir-raħal ta’ Batticaloa,ftit bogħod mir-raħal fejn kien jgħix dak li hu suspettat li mexxa l-attakki ta’ nhar il-Ħadd li għadda.

Il-forzi tas-sigurtà għamlu rejds fil-pajjiż kollu wara dawn l-attakki.

Intant fi żvilupp ieħor, il-Knisja Kattolika fi Sri Lanka għalissa ħassret il-quddies kollu tal-Ħadd.

L-Arċisqof ta’ Colombo Malcolm Ranjith qal li ra dokumenti lleakjati li jwissu dwar aktar attakki.

Hu qal li ħassu ngannat meta sar jaf li l-Gvern kien naqas li jieħu azzjoni dwar twissijiet li kellu minn qabel dwar il-possibilità ta’ dawn l-attakki.