Lokali

Lanqas Muscat ma jikkundanna d-diskors ta’ Sant

Lanqas Joseph Muscat ma kkundanna d-diskors vjolenti ta’ Alfred Sant “għajn għal għajn, sinna għal sinna”. U filwaqt li skużah…il-Prim Ministru bi kliemu prova jagħti x’jifhem li d-diskors ta’ Alfred Sant ma kien xejn kbir.C

Sorsi qrib Kastilja qed jghidu li dan id-diskors negattiv fil-Konferenza Ġenerali Annwali tappan mhux ftit il-bidu tal-kampanja għall-Parlament Ewropew, li minn naħa tal-Lejber kienet ikkaratterizzata minn attakki, arroganza u insulti diretti.

Fl-istess waqt….id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, li hu meqjus bħala moderat, mhux biss iddefenda lil Alfred Sant, iżda spiċċa jgħid li dak li qal hu “relevanti”.

Il-frazi tal-Kap tad-Delegazzjoni Socjalista fil-Parlament Ewropew hi eku ta’ ghajta li tohodna lura ghas-snin Disghin.

Din il-ġimgħa, anke d-Deputati Edward Zammit Lewis u Alex Muscat naqsu milli jikkundannaw dak li qal Sant fil-Konferenza Ġenerali Annwali li qed ilaqqa’ l-Partit Laburista.

Intant, fis-Sessjoni Plenarja tal-Ġimgħa…spikka fost l-oħrajn d-diskors ta’ Konrad Mizzi li qed ikun imbuttat biex jieħu f’idejh it-tmexxija tal-Lejber.

L-arroganza kompliet toħroġ anke fid-diskors li għamel Chris Fearne…fejn f’daqqa waħda s-Soċjalisti Maltin m’għadhomx jgħidu li huma underdogs.

Il-kantaliena ta’ rebħa ċerta kompliet ukoll mill-Ministru Ian Borg filwaqt illi Robert Abela u Chris Cardona …. bħal sħabhom kellhom diskorsi kkaratterizzati minn attakki negattivi u għajjat lejn esponenti tal-Partit Nazzjonalista.