Persuna ta’ 47 sena residenti B’Kara sofriet ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħaxija waqgħet minn fuq sellum waqt li kienu qed isiru xogħlijiet fi stabbiliment fi Triq it-Torri, f’Tas Sliema.
Għall-ħabta tat-8.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha u meta waslu fuq il-post sabu lill-persuna fi bżonn ta’ assistenza medika.
Għaldaqstant fuq il-post issejħet ukoll ambulanza li wasslet lill vittma l-isptar Mater Dei fejn instab li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>