Keane Cutajar
Hibernians………………………………………………………………………5
Balzan…………………………………………………………………………….1
Hibernians: M. Jovic, D. Vella, M. Barbosa Da Silveira, J. Mbong, J. Grech (D. Xuereb 81’), M. Dias (B. Kristensen 23′), I. Ntow (T. Tabone Desira 82’), T. Marcolino, M. Sahanek, A. Agius, T. Fonseca
Balzan: S. Mintoff, J. Grioli, N. Sljivic, S. Pisani, P. Fenech (C. De Fiori Mendes 58’), A. Effiong, U. Ljobomirac, E. Serrano Valero, R. Correa Duarte (S. Bezzina 78’), A. Majdevac, M. Lepovic (S. Cipriott 71’)
Skurjaw: J. Grech 19′, T. Fonseca 46′, T. Marcolino 63’, 77’, 80’ (H) U. Ljobomirac 68’ (B)
Imwissija: J. Grioli 45′, E. Serrano Valero 61′ (B)
Tkeċċa: E. Serrano Valero 69’(B)
Referee: Mario Apap
Assistenti Referees: Alan Camilleri, Edward Spiteri
Il-Mument Plejer tal-Logħba: Taylon Marcolino (Hibernians)
Attendenza 1,711
F’dik li setgħet kienet l-aħħar logħba tal-Kampjonat Premier għal dawn iż-żewġ timijiet, Hibernians iddominaw fuq Balzan u ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 5-1. Riżultati li bla dubju jikkuntenta lil Hibernians għaliex minħabba d-dro ta’ Valletta, baqgħu biċ-ċans li jirbħu l-kampjonat hekk kif issa ser ikollha tintlagħab ‘decider’.
L-ewwel azzjoni waslet fit-12-il minuta meta min-nofs il-ground, Jake Grech xeħet wara d-difiża fejn żmarka lil Taylon Marcolino li ma rnexxielux jniżżel kif ried u naqas milli jimpenja lil Sean Mintoff kif xtaq, bil-ballun jispiċċa barra.
Fid-19-il minuta, tal-pagun fetħu l-iskor. Kontrattakk veloċi mibdi mill-istess skorer JAKE GRECH, min-nofs il-ground spiċċa bil-ballun għand Marco Sahanek li lemaħ il-ġirja ta’ Grech li avvanza u waħdu quddiem il-lasta qassam fil-lemin tax-xibka bl-akbar kunfidenza.
Appena fetħet it-tieni taqsima, Hibernians kabbru l-vantaġġ wara biss ftit sekondi. Kien żball difensiv ta’ Ricardo Calixto Correa Duarte li żbalja fil-passaġġ lura tiegħu li wassal biex il-ballun ġie għand ADAN TIAGO FONSECA li ħataf l-opportunita’, qabeż plejer u xeħet ġewwa.
Fis-56 minuta Justin Grioli prova jibda rimonta għal Balzan meta prova xutt mid-distanza bit-tentattiv tiegħu jgħaddi ftit għoli.
Balzan komplew jippressaw u bdew iżidu fl-attakk meta mas-siegħa logħob Marko Jovicic salva iżda ma żammx x-xutt mid-distanza ta’ Uros Ljubomirac. Mill-istess azzjoni, Alfred Effiong għola waħdu bir-ras iżda minn quddiem il-lasta ra l-ballun tiegħu jħakkek mal-lasta.
It-tim ta’ Stefano Sanderra kontra x-xejra tal-logħob f’dak il-ħin kompla jkabbar l-iskor, eżattament fit-63 minuta. TAYLON MARCOLINO approfitta minn żball difensiv ieħor, u min-nofs il-kaxxa il-kbira b’xutt millew spara fix-xibka il-gowl tat-3-0.
Balzan naqsu d-distakk ħames minuti wara meta UROS LJUBOMIRAC ittanta xortih minn pożizzjoni angolata bil-ballun jispiċċa fis-saqaf tax-xibka, iżda l-ebda ċelebrazzjoni għat-tim ta’ Jacques Scerri minħabba li l-iskor xorta kien għadu jinqara favur Hibernians.
Hekk kif Balzan dehru li setgħu jieħdu xi ħaġa mil-logħba, minuta wara l-gowl tagħħhom, għalihom tkeċċa Elkin Serrano Valero wara fawl u ritaljazzjoni fuq Tiago Fonseca u kien hawnekk li tal-pagun reġgħu ħadu r-riedni tal-logħba.
Filfatt, l-unika azzjoni għal Balzan minn wara din it-tkeċċija waslet kwarta mit-tmiem meta minn korner tas-sostitut Carlos De Fiori Mendes, Alfred Effiong għola bir-ras iżda kellu t-tentattiv tiegħu mblukkat mid-difensuri ta’ Hibs,bil-ballun iħakkek mal-lasta qabel mar għal korner ieħor li minnhu d-difensuri reġgħu ħarġu minn fuq.
Tliet minuti wara, TAYLON MARCOLINO għaqqad il-poker b’daqqa ta’ ras wara l-kross ta’ Isaac Ntow qabel ma għaqqad il-hattrick personali fit-80 minuta wara li kien żmarkat tajjeb minn tliet kwarti grawnd biex MARCOLINO spiċċa wkoll l-aqwa skorer tal-kampjonat filwaqt li aċċerta minn rebħa mportanti li fissret ċans ieħor għar-rebħ tal-kampjonat.
Appena spiċċat din il-partita, l-plejers u sapporters ta’ Hibernians saru jafu li Ħamrun kienu għadhom kif skorjaw il-gowl tad-dro fil-logħba ta’ kontra Valletta u kien hawnekk li bdew ħafna ċelebrazzjonijiet. Kulħadd baqa’ fl-istadium isegwi l-aħħar sekondi tal-partita l-oħra qabel ma bdew aktar ċelebrazzjonijiet hekk kif mat-tisfira finali tad-dro ta’ Ħamrun u Valletta, Hibernians ikkonfermaw posthom f’decider għar-rebħ tal-Kampjonat Premier.
//= $special ?>