Lokali

Tliet persuni l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa

Ritratt: Arkivji

Żewġ anzjani u peruna ta’ 21 sena lkoll ittieħdu l-isptar Mater Dei wara li għall-ħabat tad-9.00 ta’ dalgħodu kienu involuti f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ fi Triq Għar Dalam Birżebbuġa fejn jidher li għal xi raġuni iż-żewġ vetturi, BMW523 misjuqa minn persuna ta 21 sena mill-Kalkara, u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 80 sena minn Birżebbuġa stess kellhom impatt. Fit-Toyota kien hemm ukoll mara ta’ 72 sena ukoll minn Birżebbuġa.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn issejħet ukoll ambulanza u ntalbet l-assistenza wkoll tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

It-tliet persuni ttieħdu l-Isptar permezz ta’ ambulanza. Iż-żewġ anzjani instabu li sofrew ġrieħi gravi u ż-żgħażugħ ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.