Manchester City għelbu ostaklu ieħor fit-tentattiv li jerġgħu jirbħu l-Premier League b’rebħa diffiċli ta’ 1-0 kontra Burnley f’Turf Moor. B’din ir-rebħa huma reġgħu qabżu fil-quċċata tal-klassifika punt aktar minn Liverpool. Il-gowl li ddeċieda l-logħba wasal fl-64 minuta bi kross ta’ Bernardo Silva lejn Sergio Aguero li b’xi mod żamm il-ballun u għeleb lil Tom Heaton, b’Matthew Lowton ibiegħed il-ballun wara l-linja, gowl li kien konfermat bit-teknoloġija.
It-tamiet ta’ Arsenal li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa ħadu daqqa ta’ ħarta oħra meta sfaw megħluba minn Leicester 3-0 fil-King Power Stadium. Leicester fetħu l-iskor fid-59 minuta bi kross mil-lemin ta’ James Maddison lejn Youri Tielemans li b’daqqa ta’ ras b’saħħitha għeleb lil Bernd Leno. Huma għalqu l-logħba fis-86 minuta meta minn ballun fit-tul tal-gowlkiper Kasper Schmeichel, Jamie Vardy qabbeż fuq Leno iżda l-ballun ħabat mal-mimduda, bl-istess Vardy jiskorja mir-rebound b’daqqa ta’ ras. L-attakkant Ingliż issiġilla r-rebħa fil-95 minuta meta rċieva kross fil-baxx ta’ Ricardo Pereira u kompla għal ġewwa f’lasta vojta.
//= $special ?>