Lokali Mużika

FILMAT: Giorgia Borg tingħata l-Golden Buzzer f’Britain’s Got Talent

Il-kantanta Maltija Giorgia Borg, ssorprendiet lill-ġurija u l-udjenza ta’ Britain’s Got Talent bil-vuċi qawwija tagħha tant li se tkun qed tikkompeti dirett fis-semi-finali.

Saħansitra il-kantanta Alesha, li tifforma parti mill-ġurija, tatha il-Golden Buzzer, jiġifieri Giorgia Borg għaddiet direttament għas-semi-finali. Intant, huma biss ftit li jingħataw dan l-unur.

Il-kantanta ta’ għaxar snin, kantat diska originali, miktuba minn Muxu.