Futbol Sport

Id-decider għar-rebħ tal-kampjonat bejn Valletta u Hibernians is-Sibt 4 ta’ Mejju

(Ritratt: Joseph Galea)

Id-decider għar-rebħ tal-kampjonat bejn Valletta u Hibernians se tintlagħab s-Sibt li ġej 4 ta’ Mejju fl-4.00pm fl-Istadium Nazzjonali. Din il-logħba se jkollha tintlagħab wara li ż-żewġ timijiet spiċċaw il-kampjonat bi 58 punt hekk kif fl-aħħar logħba Hibernians għelbu lil Balzan u Valletta spiċċaw draw kontra Ħamrun Spartans.

Kawża ta’ hekk il-logħbiet tal-FA Trophy kellhom jiċċaqalqu. Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju se jintlagħbu tliet logħbiet. Fis-7.00pm fil-Hibernians Stadium Tarxien Rainbows jilagħbu kontra Balzan. Fis-7.00pm ukoll iżda fl-Istadium Nazzjonali titkompla l-logħba mid-89 minuta bejn Pietà Hotspurs u Gżira United. Din il-logħba kienet twaqqfet is-Sibt 23 ta’ Frar minħabba s-silġ li għamel f’pajjiżna dakinhar. Warajha fit-8.00pm Mosta jilagħbu kontra Birkirkara.

L-aħħar kwarti tal-finali li inċidentalment se tkun bejn Hibernians u Valletta, tintlagħab l-Erbgħa 8 ta’ Mejju fis-6.30pm fl-Istadium Nazzjonali. L-ewwel semifinali tintlagħab is-Sibt 11 ta’ Mejju, bit-tieni logħba tintlagħab il-Ħadd 12 ta’ Mejju, biż-żewġ logħbiet jibdew fil-5.00pm fl-Istadum Nazzjonali. Il-finali tintlagħab is-Sibt 18 ta’ Mejju wkoll fil-5.00pm fl-Istadium Nazzjonali.