Daniż residenti s-Swieqi kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur.
Il-każ seħħ tard is-Sibt filgħaxija fi Triq it-Torri, Tas-Sliema, meta għal xi raġuni mhux magħrufa s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Peugeot Tweet bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.
Fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-vittma ta’ 56 sena l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>

