Eġizzjan residenti San Paw il-Baħar nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li hedded, ħebb u stupra lil martu.
Osama Ahmed ta’ 52 sena, ġie akkużat mill-Pulizija li wettaq dawn ir-reati ta’ vjolenza domestika tul il-ġurnata tas-Sibt kif ukoll lura f’Awwissu.
Filwaqt li l-barrani ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, l-avukat tal-għajnuna legali, Martha Mifsud, talbet għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.
Madanakollu l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roxanne Tabone opponiet hekk kif spjegat li ma tistax tieħu riskju li l-akkużat imur id-dar, fejn flimkien mal-mara hemm ukoll żewgt itfal.
Għaldaqstant il-Maġistrat Astrid May Grima ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest
//= $special ?>

