Lokali

Muscat jiftaħar li hu Soċjalist

Accept Analitiċi cookies to view the content.
Franco Mercieca ibeżbeż lil Muscat fuq l-għaqda u l-egoiżmu

Fl-isfond tal-kritika qawwija li qed ikollu għaliex qed imexxi bla pjan, il-Prim Ministru Joseph Muscat fi tmiem il-Konferenza tal-Partit Soċjalista Malti nsista li l-progress fih il-konsegwenzi tiegħu. Fi kliemu stess, Muscat mhux kuntent bl-indafa u t-traffiku…iżda xorta baqa’ jiddefendi l-politika tiegħu li jimporta eluf ta’ ħaddiema barranin.

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru ma semma xejn dwar l-għoli tal-ħajja, il-kirjiet, il-pressjoni fuq il-pagi, is-sitwazzjoni ta’ kriżi fl-isptarijiet, u r-rapporti ibsin minn istituzzjonijiet internazzjonali kontra l-Gvern tiegħu. L-unika ħaġa li semma’, kien l-attakk ripetut tiegħu fuq il-Kunsilli Lokali.

Qabel Joseph Muscat tkellem fil-Konferenza il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, illi b’diskors ċar ħafna insista li l-Prim Ministru…meta jwarrab mit-tmexxija…se jagħmel dan fl-interess tal-partit.

Kienet konferenza ikkaratterizata minn għajjat ta’ rebħa ċerta u ewforija, inkluż mill-veterana Maria Camilleri.

Iżda ma setax jonqos illi f’diversi waqtiet issemmew il-firdiet fil-Partit Laburista, u filwaqt li komplew l-attakki fuq iż-żgħażagħ Nazzjonalisti, ma naqasx il-ftaħir għall-ideali Soċjalisti tal-Lejber. Inkluż, għal darba darbtejn, mill-Prim Ministru nnifsu.

Il-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Lejber preżentat jum wara l-ieħor ta’ diskorsi negattivi, partikolarment mill-kandidati Soċjalisti għall-MEPs.

Fis-Sessjoni tal-Ħadd imbagħad, spikkaw diskorsi fejn esponenti varji tkellmu fuq in-nuqqas ta’ dixxiplina fost il-Maltin, u nies għażżenin…fuq id-diżastru fl-ambjent…fuq il-barranin f’pajjiżna…u anke fuq Donald Trump.