Bil-ħatriet li għamel il-Gvern fil-ġudikatura, Malta qed tiffaċja l-agħar konfużjoni kostituzzjonali…bid-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi Kevin Aquilina isejjaħ il-ħatriet “tgħaffiġa” kbira.
F’kummenti lit-Times, il-Professur Kevin Aquilina insista li l-prudenza kienet titlob li l-Gvern ma kellux jiġri b’dawn il-ħatriet. Il-gazzetta tgħid li dan huwa sentiment li qed jidwi b’saħħa fil-kurituri tal-Qorti.
Id-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi jirreferi għar-rapport tal-Kummissjoni Venezja, li xegħel bozza ħamra fuq il-problemi serji f’pajjiżna relatati mas-Saltna tad-Dritt. Kienet l-istess Kummissjoni illi appellat fir-rapport tagħha biex jinbidel il-mod li bih il-Gvern jaħtar il-Maġistrati u l-Imħallfin.
Il-Professur Aquilina ma tantx joqgħod jomgħod il-kliem. Jinsisti li n-nuqqas ta’ azzjoni tal-Gvern qed iwassal biex tkompli ssir ħsara lil Malta – ironikament, meta l-magna ta’ Kastilja ħarġet tipprova tgħid li Malta għal qalbhom. Kevin Aquilina jinsisti li sakemm il-Gvern mhux se jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet ta’ dawn l-istituzzjonijiet internazzjonali…se jibqa’ jirċievi aktar rapporti ibsin.
//= $special ?>
