Rapport: Kenneth Vella
L-edizzjoni 2019 tal-aktar avveniment importanti fil-kalendarju tat-trott Malti, it-Tazza l-Kbira ġiet mirbuħa mill-Franċiż Up And Go ta’ Rodney Gatt. Din il-finali li saret ilbieraħ, organizzata bl-għajnuna ta’ Bank of Valletta kienet fuq distanza twila ta’ 2640m. Din għamlet parti mill-għoxrin laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet tat-trott, programm li nkluda wkoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza maratona ta’ 3140m.
Tnax kienu ż-żwiemel li ħadu sehem f’din il-finali ewlenija. Axel Tilly (Julian Farrugia) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Un Carless Blue (Joseph Verbeeck) u Upman (Noel Baldacchino). Madankollu l-finali ħadet żvolta oħra 900m mit-tmiem meta Rodney Gatt poġġa tlieta fuq in-naħa ta’ barra lil Up And Go, b’dan il-Franċiż jirnexxilu jieħu l-kmand madwar 400m mil-linja finali. Iż-żiemel ta’ Gatt b’hekk baqa’ sejjer biex jieħu l-ħames rebħa tas-sena u f’Malta wara li xejjen ukoll l-isfida ta’ Ultra De Vindecy (Michael Ellul) fl-aħħar metri. Un Amour Du Pont (Andrew Farrugia) temm it-tielet minn Sandsjons Revenue (Charles Camilleri) u Axel Tilly li kellu jikkuntenta bil-ħames post.
Fi tmiem il-finali, Charles Azzopardi, f’isem l-isponsors, ippremja lil Ġorġ, Daniel, Joseph u Disma Attard u Rodney Gatt, is-sidien u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Dan fil-preżenza ta’ Edwin Borg, chairman tal-Malta Racing Club. Up And Go kellu medja ta’ 1.14.5” fil-kilometru. Dan kien l-aħjar ħin qatt reġistrat f’finali tat-Tazza l-Kbira.
Fit-tiġrija normali wkoll tal-klassi Premier, Un Roi d’Atout (Jesmar Gafà) li kien għal ħafna metri quddiem, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali. Dan meta nqabeż minn Titan d’Abo (Charles Camilleri) li rreġistra l-ewwel rebħa tal-istaġun minn Waikiki Man (Rodney Gatt). Un Roi d’Atout kellu jikkuntenta bit-tielet post minn Ultimate Love (Paul Galea).
Il-Kap tal-PN Adrian Delia jattendi għall-finali
Preżenti wkoll għal din il-laqgħa tant importanti ta’ tiġrijiet kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, li kellu ċ-ċans ukoll jitkellem ma’ ħafna dilettanti u sidien dwar id-delizzju tagħhom u d-dedikazzjoni li juru lejn iż-żwiemel tagħhom. Hu kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Ryan Callus.
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Eros Dairpet (N. Baldacchino) Ħin – 4.09.5” (1.19.5”) 2. Forever Piemont (R. Magro) 3. Diego JYL (J. Zahra) 4. Eurepson (D. Baldacchino)
II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Utal Des Landes (S. Vella) Ħin – 4.10.7” (1.19.8”) 2. Dagda (C. Camilleri) 3. Baron d’Attaque (C. Calleja) 4. Ukase Du Ravary (N. Baldacchino)
III Tiġrija Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Uttar Pradesh (N. Baldacchino) Ħin – 4.07.2” (1.18.7”) 2. Vasco De Montmarce (J. Gafà) 3. Boxeur d’Or (I. Bilocca) 4. Vadalio (C. Camilleri)
IV Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Sillon Du Breuil (N. Baldacchino) Ħin – 4.09.4” (1.19.4”) 2. Cheri Bibi (N. Barbara) 3. Brio Des Genevres (J. Gafà) 4. Brime Du Chene (J. Agius)
V Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Querby Du Gite (N. Barbara) Ħin – 4.06.8” (1.18.6”) 2. Tea Party (M. Debono) 3. Vidalgo Blue (K. Farrugia) 4. Ulysse Royal (E. Attard)
VI Tiġrija Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Hilda Nalan (C. Vassallo) Ħin – 4.06.4” (1.18.5”) 2. Vas Y Pebe (N. Baldacchino) 3. Uppercut Ducal (M. Debono) 4. Quite A Feeling (D. Casha)
VII Tiġrija Finali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Up And Go (R. Gatt) Ħin – 3.16.8” (1.14.5”) 2. Ultra De Vindecy (M. Ellul) 3. Un Amour Du Pont (A. Farrugia) 4. Sandsjons Revenue (C. Camilleri) 5. Axel Tilly (J. Farrugia)
VIII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Uno Pont Vautier (M. Ellul) Ħin – 4.12.1” (1.20.3”) 2. Troll (I. Stivala) 3. Ida Glitter (K. Axisa) 4. Tui De Narmont (B. Gatt)
IX Tiġrija Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Titan d’Abo (C. Camilleri) Ħin – 4.07.9” (1.18.9”) 2. Waikiki Man (R. Gatt) 3. Un Roi d’Atout (J. Gafa’) 4. Ultimate Love (P. Galea)
X Tiġrija Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Verdi Des Charmes (D. Vella) Ħin – 4.11.8” (1.20.2”) 2. Janske (C. Camilleri) 3. Royal De Vaiges (D. Ellul) 4. Viking Du Sarthon (B. Camilleri)
//= $special ?>