Lokali

Vendriż bi ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Persuna żagħżugħa minn Santa Venera kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei wara li tilfet il-kontroll tal-mutur fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart tal-Ħadd filgħodu fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, hekk kif jidher li l-vittma ta’ 24 sena qabdet il-bankina bil-mutur bil-konsegwenza li waqgħet minn fuqu.

Fuq il-post issejħet minnufih ambulanza li ħadet lill-persuna l-isptar għal aktar kura fejn ġiet ċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi gravi.