L-Assoċjazzjoni Spanjola tal-Futbol approvat bidliet fil-format tat-Tazza tar-Re u s-Super Cup Spanjola għall-istaġun li ġej. It-Tazza tar-Re se tibda tintlagħab fuq logħba waħda, bl-eċċezzjoni tas-semifinali se jibqgħu jintlagħbu fuq żewġ logħbiet.
Is-Super Cup Spanjola se tibdel il-format tradizzjonali bejn ir-rebbieħa tal-kampjonat u tat-Tazza tar-Re għal kompetizzjoni bejn erba’ timijiet. F’din il-kompetizzjoni se jibdew jieħdu sehem l-ewwel żewġ timijiet fil-kampjonat u l-finalisti tat-Tazza tar-Re. Jekk tim li jkun fil-finali tat-Tazza tar-Re u mal-ewwel tnejn fil-kampjonat, il-post imur għall-pass li jmiss fil-klassifika.
It-timijiet involuti fis-Super Cup li jmiss se jkunu Barcelona, Valencia, Atletico Madrid u Real Madrid u mhux se jkollhom għalfejn jipparteċipaw fl-ewwel żewġ rawnds tat-Tazza tar-Re. Il-finali se tintlagħab fit-18 ta’ April tal-2020. Is-Super Cup se tintlagħab f’Jannar minflok fil-bidu tal-istaġun, bis-semifinali jintlagħbu fit-8 u d-9 ta’ Jannar u l-finali tintlagħab fit-12 ta’ Jannar.
//= $special ?>