Lokali

Il-Gvern Soċjalista b’paroli biss dwar l-immigrazzjoni

Joseph Muscat filli kien jiftaħar li huwa l-Prim Ministru tal-pushbacks iżda issa jrid li Malta ssir pajjiż kożmopolitan. 

Kulħadd għadu jiftakar kif Joseph Muscat biex taparsi jsabbat saqajh matul wieħed mill-ewwel summits Ewropej tiegħu, u kien qal li ma kienx se jitlaq mis-summit jekk ma jkunx hemm ftehim dwar l-immigrazzjoni.

Dan qalu l-Partit Nazzjnalista fi stqarrija li kompliet tgħid li l-ftehim ma sarx u Joseph Muscat telaq b’xejn. Kulħadd għadu jiftakar ukoll dak li Joseph Muscat kien sejjaħlu l-Valletta Summit, li minnu sal-lum ma rriżulta assolutament xejn minn dak li ġie diskuss.

L-istess matul il-presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea meta fi Frar tal-2017 sar summit f’Malta fejn ġew il-mexxejja Ewropej kollha u l-Prim Ministru Malti kien wiegħed soluzzjoni, iżda sal-lum għadna qed nisimgħu l-istess kliem. Il-Partit Nazzjonalista dejjem kien, għadu u jibqa’ favur id-drittijiet fundamentali tal-bniedem speċjament il-protezzjoni tal-ħajja u d-dinjità tal-bniedem, hi minn hi dik il-persuna. L-MEPs tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew innegozjaw u approvaw liġi li se ssaħħaħ is-sigurtà bejn il-fruntieri tal-Unjoni Ewropea.

L-istqarrija ttemm tgħid li l-manifest elettorali tal-PN għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew jinkludi proposti konkreti biex din l-isfida tingħeleb flimkien mal-pajjiżi l-oħra fl-Unjoni