Lokali Qorti

Il-Maġistrat Doreen Clarke tordna li tinfetaħ inkjesta dwar il-Panama Papers

Każ uniku tax-xorta tiegħu sa mill-1964

Il-Maġistrat Doreen Clarke laqat talba tad-Deputat Nazzjonalista Simon Busuttil biex tinfetaħ Inkjesta dwar l-Iskandlu tal-Panama Papers.

Dan ifisser li għall-ewwel darba, Ministru li jkun fil-kariga hu suġġett ta’ Inkjesta Maġisterjali. Fil-fatt, dan ġara wara li l-Qorti ċaħdet diversi oġġezzjonijiet li saru mill-Ministru Konrad Mizzi, fosthom meta ppreżenta Rikors.

B’hekk, u ladarba l-Qorti stabbiliet li hemm biżżejjed raġunijiet għal Inkjesta, il-Ministru Mizzi, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, Brian Tonna, Karl Cini u Mario Portelli se jkunu taħt l-iskrutinju tal-Qorti biex jinġabru l-evidenzi kollha.

Għal Simon Busuttil qed jidher l-Avukat Jason Azzopardi.

Il-materjal kollu li jirriżulta minn din l-Inkjesta jingħadda lill-Maġistrat Charmaine Galea, flimkien mal-materjal li nġabar s’issa dwar il-kumpanija 17 Black.