F’pajjiż demokratiku bħal tagħna, ma jistax ma jkunx hemm Ġurnaliżmu. Iżda hu importanti li dawn ikunu responsabbli fil-messaġġ li jwasslu.
Hekk appella l-President ta’ Malta George Vella f’laqgħa mal-Kumitat tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) fil-Palazz tal-President, fil-Belt.
Matul il-laqgħa, iż-żewġ naħat tkellmu dwar l-isfidi li l-Ġurnalisti jsibu ma’ wiċċhom f’ħidmiethom, fost l-oħrajn mill-politiċi u minn persuni oħrajn li wieħed jimmaġina li jgħinu f’ħidmet il-Ġurnalist.
Il-President Vella qal li rapport mill-media għandu joħloq diskussjoni, filwaqt li appella biex jinżammu l-fatti. Dan fid-dawl tal-ħidma li għaddejja bħalissa mit-tmexxija tal-IĠM biex il-Ġurnalist jaħdem aktar b’etika b’risq il-qarrejja tiegħu.
//= $special ?>