Futbol Sport

Imut plejer ieħor mit-tim leġġendarju tal-1967 ta’ Celtic

Wara l-mewt ta’ Billy McNeill il-ġimgħa l-oħra, miet eroj ieħor tat-tim ta’ Celtic li fl-1967 rebħu t-Tazza taċ-Champions, hekk kif miet Stevie Chalmers fl-età ta’ 83 sena.

F’dak l-istaġun huma kienu għelbu lil Inter fil-finali li ntlagħbet f’Lisbona u kienu saru l-ewwel tim Britanniku li rebaħ it-trofew. Fl-aħħar snin hu kien qed ibati minn dementia. Chalmers lagħab ħames logħbiet mat-tim nazzjonali tal-Iskozja, skorja tliet gowls fosthom wieħed kontra l-Brażil f’Hampden Park fl-1966.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Celtic Peter Lawwell qal li dan hu żmien devastanti għall-familja ta’ Celtic minħabba li l-mewt ta’ Chalmers waslet ftit wara dik tal-eks plejer Billy McNeill. Lawwel żied jgħid li Chalmers kien leġġenda ta’ Celtic u wieħed mill-aqwa skorers li l-klabb kellu. Chalmers hu r-raba’ l-aqwa skorer tal-klabb wara Jimmy McGrory, Henrik Larsson u Bobby Lennox.

Tags