Immorru lura għal April tal 2015. Lejliet l-elezzjonijet tal-Kunsilli Lokali. Joseph Muscat b’pompa kbira jpoġġi dik li kellha tkun l-ewwel ġebla fi proġett ta’ €100 miljun. Proġett li kellu jitlesta din is-sena u kellu jimpjega 400 persuna, u li fi kliemu kellu jirriġenera l-lokalità tal-Gzira.
Iżda aktar minn 4 snin wara, meta suppost tlesta kollox, dan il-proġett li suppost kellu jirriġenera l-Gżira għadu biss ħofra enormi.
Ħofra kbira u żdingata, mimlija ilma qiegħed, bl-ebda ħjiel ta’ meta se jitkompla x-xogħol, u bir-residenti tal-madwar ibatu l-konsegwenzi tal-wegħdiet fiergħa ta’ Muscat.
U issa, il-Prim Ministru qed juża l-istess strateġija, din id-darba billi jwiegħed ġenna tal-art lill-Marsin.
Għax wara li sena u nofs ilu. il-Ministru tal-Enerġija wiegħed proġett misterjuż fil-Marsa, Muscat,li donnu kien nesa’ għal kollox li kienet saret din il-wegħda, issa qed wiegħed li jittrasforma lill-Marsa.
Iżda filwaqt li għamel din il-wegħda, Muscat la qal fiex se jikkonsisti dan il-proġett, u wisq anqas qal meta se jsir, jew sa meta għandu jitlesta.
Aktar suf fl-arja mill-Prim Ministru Muscat, 24 siegħa biss wara li wiegħed spazju kbir miftuħ fi proġett misterjuż ieħor li Muscat qed iżomm mistur, u li issa wieħed irid jistenna u jara fejn u fiex se jkun qed jikkonsisti, u meta ser jitlesta.
Għax filwaqt li fl-istess attività Muscat kellu jammetti li hawn min mhux qed ilaħħaq mal-ħajja, minħabba l-għoli tal-ħajja u l-kirjiet dejjem jogħlew fost l-oħrajn, jidher ċar li qed jerġa juża strateġija biex jipprova jaljena lill poplu b’wegħdiet ta’ proġetti fl-arja u li min jaf meta se jsiru realtà!
//= $special ?>