Lokali Qorti

Multa għal Surġent tal-Pulizija

Surġent tal-Pulizija ġie kkundannat €10,000 wara li nstab ħati li daħal fis-sistema tal-kumpjuter tal-pulizija, ħa ritratt ta’ rapport, u dan ittella’ fuq is-sit ta’ Daphne Caruana Galizia fis-16 t’Awwissu tal-2017.

Il-każ imur lura għal Settembru ta’ tliet snin ilu meta persuna anonima għamlet rapport fl-għassa ta’ Ħal Qormi u allega li kien qed isir traffikar tad-droga minn karozza f’Tal-Ħandaq.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti preseduta mill-Magistrat Donatella Frendo Dimech innutat li r-ritratt tar-rapport instab fis-sent folder tal-Whatsappp fil-mobile li ġie elevat mingħand is-surġent. Il-Qorti nnutat li ma tressqet l-ebda prova li ppermetta xi persuna oħra taċċessa s-sistema tal-pulizija bil-password tiegħu.

Il-Qorti kkundannat lis-surġent multa ta’ 10,000 ewro u ordnatlu jħallas elf ewro fi spejjeż tal-Qorti.