Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi f’inċident stradali li seħħ fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.
L-inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-22:15, hekk kif seħħ impatt bejn vettura tat-tip Ford Transit misjuqa minn Taljan ta’ 57 sena residenti Marsaskala u mutur tat-tip Muz Skorpion misjuq minn persuna ta’ 25 sena residenti s-Swieqi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuna ta’ 25 sena l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>